- Details
- Hits: 1846
![]() |
Stretch L-isem Stretch jirreferi ghal kif kull individwu ghandu jestendi lilu/lilha nnifsu/nnifisha sabiex jilhaq/tilhaq livelli aktar gholja. Fl-isport bhal ma jigri fil-hajja, din l-isfida li nissuperaw lilna nfusna hi dejjem maghna u matul dan il-programm, ha naraw kif l-istudenti u l-atleti taghna jistghu jiggebdu aktar. Ha nharsu lejn x’jigri fl-iskola u fil-postijiet ta’ tahrig u ha nikkunsidraw kif it-teknologija ha sservi sabiex l-istudenti u l-atleti taghna ikopmlu jizvillupaw. L-ewwel parti tal-programm ha tlaqqana ma’ lezzjoni tipika tal-Edukazzjoni Fizika. |
|
|
|
||
![]() |
Asterisk Asterisk jistħarreġ u jesplora temi ċentrali fil-formazzjoni tal-identità u l-psike tal-bniedem b’mod ġenerali, u tal-Malti b’mod partikolari. Il-bniedem jistaqsi u jixtar r-realtà ta’ madwaru sabiex jipprova jagħmel sens minnha: ‘minn fejn ġej kollox?’, ‘x’kien hemm qabel beda ż-żmien?’, ‘x’qatt jistgħu jgħidulna t-tempji megalitiċi fuq il-bniedem tal-preistorja?’. Asterisk jippresenta riċerka metikoluża imżewqa b’immaġini kemm jista’ jkun ħajjin, b’intervisti ta’ akkademiċi u riċerkaturi speċjalizzati fuq it-temi li jkunu qed jiġu investigati. Fost id-dokumentarju li se jippreżenta Asterisk insibu ‘L-Preistorja f’Malta’, ‘L-oriġini u l-iżvilupp tal-idea tal-personifikazzjoni tal-ħażen’, ‘Iż-Żmien’ u ‘Il-Bidu: mill-miti tal-ħolqien sal-Big Bang’. |
|
|
|
||
![]() |
Ghazliet Christine Delicata permezz tal-Programm GHAZLIET qed tlaqqaghna ma nies li barra li qed inkunu nafuhom, qed jixhtu dawl gdid ta' valuri li ahna nistghu nikkupjaw u nhaddnu fil-hajja ta'kull wiehed u wahda minnha. |
|
|
|
||
![]() |
Il-Liġi u Jien Ħafna drabi jinqalgħu ċirkustanzi fil-ħajja ta’ kuljum fejn wieħed/waħda jkollu/jkolla tirrikorri lejn il-liġi mhux biss biex ifittex ir-raġun imma wkoll biex il-pass li jkun jenħtieġlu jagħmel jew tagħmel ikun għaqli, ma jkollux konsegenzi mhux mixtieqa u jkun skond kif titlob il-liġi. Il-Programm il-Liġi u Jien iressqu lit-telespettatur lejn il- ix-xoghol ta’ prokutratur Legali, nutar u avukat. Ngħinu lil dak li jkun jifhem liġijiet dwar il-familja, liħijiet li jirreglaw testmenti, xoghol insurance, xiri ta propjeta,self ta’ flus, kuntratti etc etc. |
|
|
|
||
![]() |
Wirt Arti Kultura Programm inħoloq biex titnissel imħabba u nteress fil-Wirt Nazzjonali ta’pajjiżna. Jiġbor fiħ wirjiet u attivitajiet kulturali ta’ matul il-gimgħa, jinforma u fl-istess ħin iservi ta’ promozzjoni għax-xoghol ta’ Heritage Malta, Din l-Art Ħelwa u għaqdiet oħra governattivi jew volontarji li xogħolhom hu li jrawwmu għożża għal wirt kulturali u artistiku Malti. Jipproduċi dan il-programm Emanuel Cassar. |
|
|
|
||
![]() |
Starboard L-avventuri tal-bahar u tal-bahhara huma l-avventuri ta’ Starboard – programm televiziv ta’ kull gimgha ghal dawn l-ahhar ghoxrin sena, fejn il-producer Teddie Borg jiffokja l-aktar fuq avvenimenti bahhara lokali inkluz kemm it-tlielaq tal-ibburdjar u anke dawk tal-powerboats. Lid-diletettanti tal-powerboats, jissodisfhom billi jipproduci bosta programme dwar il-kampjonat dinji tal-powerboats fejn il-benjamin tal maltin Aaron Ciantar sar Campjin tad-dinja darbtejn u allura hemm attenzjoni specjali dwar dan it-talent Malti. Il-programm jintwer kull nhar ta’ erbgha fit-8.00pm; Is-Sibt fis-1.00pm u l-5.30pm; il-Hadd fis-2.30pm u 11.30pm. |
|
|
|
||
![]() |
Waltzing Matilda
Waltzing Matilda huwa programm ta’ natura socio-kulturali li jitratta l-aktar dwar il-hajja tal-Maltin fl-Awstralja.
Il-programm jista jinkludi wkoll xeni li juru l-gmiel ta’ l-Awstralja kif ukoll okkazjonijiet nazzjonali. Il-programm jaghti harsa wkoll lejn zjarat ufficcjali bejn iz-zewg pajjizi, attivitajiet organizzati mill-kummissjonijiet gholjin kif ukoll dawk imtella` minn assocjazzjonijiet Maltin/Awstraljani.
Produzzjoni u prezentazzjoni ta’ Josephine Zammit Cordina |
|
|
|
||
![]() |
Libreriji u Arkivji Mxerrda madwar Malta hawn rikkezzi ta’ arkivji u libreriji li ħassejna li hi responsabbilta tagħna bħala stazzjon edukattiv li ndommu sensiela ta’ programmi biex inqanqlu nteress mhux biss fl-istorja imma fil-patrimonju li jagħmilna dak li aħna u li għandna nkunu kburin biħ. Programm maħsub ukoll biex jghin wieħed jifhem l-għeruq ta’ ġensu, il-ħajja fi żminijiet oħra. It-twemmin, il-kummerċ,l-obbligi u elf ħaġa ohra ta’ nteress. Inżuru libreriji u arkivji tal-Knisja, wirt il-kavallieri u ta’ żminijiet meta Malta kienet maħkuma mill barrani. Produzzjoni u prezentazzjoni Emanuel Cassar. |
|
|
|
||
![]() |
Prinċpijiet
Fis-sensiela Prinċpijiet nagħtu harsa lejn numru ta’ Granmastri li ħakmu lil Malta u l-effetti li huma ħallew fuq Malta u l-Maltin. Il-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu bin in-nobbli Ewropej u fi żmienhom Malta taqbeż mill-perjodu medjovali għal dak modern. Prinċpijiet tiddokumenta din il-bidla u tanalizza l-wirt kbir li ħallew warajhom il-Kavallieri. |
|
|
|
||
![]() |
Faxxikli
Faxxikli qed tħares lejn il-kisbiet importanti li għamel il-ktieb Malti sa mill-bidu tiegħu. Din hija t-tielet sensiela. Matul din is-sensiela qed naraw l-iżvilupp ta’ diversi ġeneri lokali. Din l-istorja ħajja tal-pubblikazzjonijiet Maltin qed tkun mgħarbla u rrakkuntata minn pubblikaturi, kittieba, riċerkaturi u librara ewlenin. |
|












